Ix-xahar ta’ Diċembru huwa xahar speċjali anki għall-komunità tas-Seminarju. F’dan iż-żmien il-programm tal-ġurnata jiġi mibdul. Jisbieħ il-bini tas-seminarju u jiġu organizzati attivitajiet li ma jsirux fil-bqija tas-sena.Tul żmien l-Avvent fis-6.15am isir it-talb tal-Uffiċċju tal-Qari u fil-Quddiesa ta’ kuljum isir ħsieb wara l-Vanġelu.
Fl-aħħar jiem ta’ qabel il-Milied, is-seminaristi flimkien mal-formators, iżejnu s-Seminarju u jiġu organizzati diversi attivitajiet fosthom il-quddiesa fl-għar u l-attività flimkien mal-familjari tas-seminaristi.
Din is-sena s-seminaristi ħarġu għall-vaganzi tal-Milied nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru. Dakinhar saru l-aħħar lectures għas-sena 2016. Huma se jirritornaw lura nhar it-Tlieta 3 ta’ Jannar 2017.