Nhar il-5 ta’ Mejju, fuq stedina uffiċċjali mis-Seminarju Maġġuri, in-Nunzju Appostoliku Mons. Tommaso Caputo, ġie jżur lis-Seminarju tagħna. F’dan in-nofstanhar, huwa kellu diversi laqgħat: l-ewwel fosthom mas-seminaristi. Mons. Caputo qasam mal-komunità tas-seminarju għaxar ħsibijiet dwar il-ħajja tas-saċerdot, u tkellem dwar il-prijoritajiet li s-saċerdot għandu jkollu fil-ħajja personali u pastorali. Wara dan, huwa ltaqa’ mal-bord tas-seminarju, u mal-professuri taż-żewġ ċikli. Fil-11.00am huwa mexxa konċelebrazzjoni fil-kappella tas-seminarju, li għaliha kienu mistiedna wkoll il-membri tal-istaff tas-seminarju.
In-Nunzju baqa’ magħna wkoll għall-pranzu, u fi tmiemu ġie mogħti nkwadru tal-istatwa tal-Qalb ta’ Ġesù li tinsab fis-seminarju bħala rigal ta’ tifkira.