News

Żjara mill-Komunità tas-Seminarju ta’ Malta fis-Seminarju ta’ Għawdex

IMG_2441Nhar is-Sibt 4 ta’ Marzu, is-seminaristi Maltin flimkien mal-formators tagħhom żaru s-Seminarju ta’ Għawdex.  Dan hu wieħed mill-ftit mumenti li fih is-seminaristi Maltin u Għawdxin jkollhom mument ta’ fraternità flimkien.

Dun Richard N. Farrugia mexxa l-quddiesa u wara kilna flimkien. Mons. Isqof Mario Grech kien preżenti magħna għall-ikla. Iż-żjara ntemmet permezz ta’ mument fratern flimkien. Dun Richard, wera l-apprezzament tiegħu lill-komunità tas-Seminarju tal-Arċisqof, għaż-żjara tagħhom.

Ritratti

Share it on