News

Żjara mill-Komunità tas-Seminarju ta’ Malta fis-Seminarju ta’ Għawdex

Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu s-seminaristi Maltin flimkien mal-formators tagħhom żaru s-Seminarju ta’ Għawdex.  Dan hu wieħed mill-ftit mumenti li fih is-seminaristi jkollhom mument ta’ fraternità flimkien.

Fr Tony Sciberras mssp mexxa l-adorazzjoni bit-talba tal-Għasar u wara kilna flimkien.  Iż-żjara ntemmet permezz ta’ mument fratern flimkien.  Ir-Rettur tas-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, ta’ Għawdex, Fr Tony Sciberras mssp, wera l-apprezzament tiegħu lill-komunità tas-Seminarju tal-Arċisqof, għaż-żjara tagħhom.

 

Ritratti

Share it on