News

Żjara fiċ-Ċimiterju tax-Xewkija

15034149_1481354338547803_1640046684_oNhar l-Erbgħa 2 ta’ Novembru, il-Knisja Kattolika ċċelebrat it-Tifkira Solenni tal-Fidili Mejtin Kollha. F’din l-okkażjoni, il-komunita’ tas-Seminarju ċċelebrat Quddiesa fil-Kappella taċ-Ċimiterju tal-Parroċċa tax-Xewkija. Waqt il-Quddiesa, il-viċi-rettur qasam riflessjoni fuq din il-festa fejn enfasizza l-importanza li n-nisrani jagħraf l-iskop li għalih qed jgħix u jifhem li fuq din l-art huwa biss pellegrin għax id-destinazzjoni aħħarija tiegħu hi s-sema. Wara il-Quddiesa żorna l-oqbra li jinsabu f’dan iċ-ċimiterju filwaqt li tlabna flimkien.

Share it on