News

Żjara fiċ-Ċimiterju tal-Għarb

All Souls' Day (4)Nhar s-Sibt 2 ta’ Novembru, il-Knisja Kattolika ċċelebrat it-Tifkira Solenni tal-Fidili Mejtin Kollha. F’din l-okkażjoni, il-komunita’ tas-Seminarju ċċelebrat Quddiesa fil-Kappella taċ-Ċimiterju tal-Parroċċa tal-Għarb.

Waqt il-Quddiesa, ir-rettur qasam riflessjoni fuq din il-festa fejn enfasizza l-importanza li n-nisrani jagħraf l-iskop li għalih qed jgħix u jifhem li fuq din l-art huwa biss pellegrin għax id-destinazzjoni aħħarija tiegħu hi s-sema.

Wara il-Quddiesa żorna l-oqbra li jinsabu f’dan iċ-ċimiterju fejn waqafna u tlabna fost l-oħrajn fuq il-qabar tal-familja Mifsud fejn jinsab midfun missier s-seminarista Christian Mifsud li bħalissa qiegħed jagħmel l-esperjenza tas-sena intermedjarja.

 

Ritratti

Share it on