News

Żjajjar mill-istudenti tal-iskejjel sekondarji

img_1052Bejn it-Tnejn 7 u l-Ġimgħa 11 ta’ Novembru is-Seminarju tagħna fetaħ il-bibien tiegħu għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji kemm dawk tal-Knisja u kemm dawk tal-istat. Waqt iż-żjajjar, is-seminaristi kienu jfiehmu lill-istudenti x’isir f’ dan il-post u jdawruhom dawra ma’ kull rokna tas-Seminarju, mill-Kċina sal-kmamar tas-seminaristi. Kienu mumenti sbieħ għax il-maġġoranza tal-istudenti qatt ma kienu raw dawn l-irkejjen fis-seminarju. Bħala tifkira ta’ dawn iż-żjajjar is-seminaristi ħejjew xi keychains bi frażi mill-vanġelu fuqhom li tgħid hekk: You are the light of the world! Dan sar sabiex jitwassal messaġġ, li s-sejħa ta’ Ġesu’ lil kull persuna hija sabiex ilkoll inkunu dawl fejn hemm id-dlam. Matul din il-ġimgħa ukoll xi seminaristi għamlu katekeżi permezz tal-arti fis-6th Form. Dawn il-katekeżi saru waqt il-lezzjonijiet tas-Systems of Knowledge fis-sezzjoni tal-arti.

Ritratti

Share it on