Nhar it-Tnejn 9 ta’ Jannar 2017, is-seminarista Joseph Hili ppreżenta it-talba tiegħu biex jiġi aċċettat għall-ordinazzjoni djakonali filwaqt li d-djakni Michael Grima u Carl Scerri ippreżentaw it-talba għall-ordinazzjoni presbiterali. Dan sar waqt il-quddiesa ta’ filgħodu fil-kappella tas-Seminarju, fil-preżenza tal-formators, is-seminaristi u anke s-sorijiet.
Joseph, Michael u Carl ressqu t-talba tagħhom waqt il-mument tal-offertorju.