Bejn il-15 u t-23 ta’ Marzu, fis-sala tas-Seminarju Maġġuri, ġiet imtella’ esebizzjoni marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa. Din l-esebizzjoni ġiet miftuħa uffiċċjalment nhar il-15 ta’ Marzu mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo u mbierka mill-E.T. Mons Isqof Mario Grech. Kienet tinkludi fiha statwi marbuta mal-passjoni, ritratti antiki, kif ukoll purcissjoni f’minjatura tal-Ġimgħa l-Kbira. Din ġiet organizzata mill-Għaqda Dilettanti tal-Ġimgħ l-Kbira.