Is-Sibt 18 ta’ Mejju, il-komunità tas-Seminarju bdiet il-ġurnata b’pellegrinaġġ lejn is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu. Tul it-triq, il-komunità talbet it-talba tar-Rużarju. Mal-wasla fis-Santwarju, ġiet iċċelebrata Quddiesa fil-kappella tas-Santwarju li tmexxiet mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech. Wara l-Evanġelju, is-seminarista Mario Mercieca mill-parroċċa Katidrali ta’ Marija Assunta għamel il-wegħdiet taċ-ċelebat u l-fedeltà, u għamel ukoll il-professjoni tal-fidi bi tħejjija għall-odrinazzjoni djakonali. Fl-omelija tiegħu, Mons Isqof fakkar lil Mario li dawn l-wegħdiet mhumiex xi rit li jsir għax soltu jsir, imma huma wegħdiet li jitolbu impenn sħiħ sabiex il-ħajja djakonali tkun mgħixa bl-aħjar mod.