Fil-weekend tat-28 u d-29 ta’ Ottubru l-komunità tas-Seminarju inġabret f’ Dar Stella Maris, iż-Żebbuġ għal Human Formation Weekend. Dan tmexxa minn Dr Nicholas Briffa, psikologu u sesswologu. It-tema kienet dwar is-sesswalità u l-aspetti kollha li jduru magħha. Dr Nicholas qassam dan il-weekend fi tlett sessions fejn waqt li hu tkellem duq din it-tema saru ukoll mumenti ta’ sharing fuq is-suġġett diskuss. Minbarra dawn il-mumenti ferm sbieħ li żgur kienu ta’ għajnuna għas-seminaristi, kien hemm ukoll mumenti ta’ talb flimkien. Is-Sibt filgħaxija s-seminaristi kellhom ħin liberu flimkien.