Bejn il-Ġimgħa 23 u l-Ħadd 25 ta’ Ottubru l-komunità tas-Seminarju kienet Malta għal Human Formation Weekend. Dan sar fis-Seminarju tal-Arċisqof, ir-Rabat u tmexxa minn Fr Dunstin Xuereb, saċerdot żagħżugħ li studja l-psikoloġija. Fr Dunstin qassam dan il-weekend f’erba’ sessions fejn prinċipalment tkellem fuq stress management, time management, self care u peer pressure. Kien hemm ukoll mumenti ta’ sharing fuq is-suġġetti diskussi. Minbarra dawn il-mumenti ferm sbieħ li żgur kienu ta’ għajnuna għas-seminaristi, kien hemm ukoll mumenti ta’ talb flimkien. Filgħaxijiet is-seminaristi kellhom ħin liberu flimkien.