Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Diċembru 2015 l-Isqof Mario Grech ħatar lil Dun Richard N. Farrugia bħala Viċi Rettur tas-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex. Fl-istess waqt Dun Richard se jkompli bil-ħidma tiegħu bħala Prefett tal-Istudji fis-Seminarju. Dan tħabbar wara li f’April li għadda Dun Michael Curmi ġie maħtur Arċipriet tal-Parroċċa Ta’ Sannat. Dun Richard se jkun responsabbli tal-formazzjoni umana tas-seminaristi, jakkumpanja lis-seminaristi fl-andament tal-ħajja ta’ kuljum fis-Seminarju u fl-assenza tar-Rettur jassumi r-responsabbilitajiet tiegħu. Dan ser ikun jagħmlu billi jgħix fil-kamerata flimkien mas-seminaristi. Minn qalbna nifirħulu u nawgurawlu iktar snin ta’ ħidma fil-komunita’ tagħna