News

Velja tal-Ordinazzjoni u Ordinazzjoni Presbiterali

Fit-2 ta’ Ġunju, lejliet l-ordinazzjoni għall-presbiterat u ftit jiem qabel dik għad-djakont saret velja ta’ talb: qari mill-Iskrittura u Adorazzjoni Ewkaristika fis-seminarju, biex flimkien mal-poplu miġbur, isir talb għall-ordinandi.  Matul il-velja, fil-preżenza ta’ Ġesù Ewkaristija, id-djaknu Daniel Grech għamel talba ta’ ringrazzjament għas-sena tad-djakonat, u d-djaknu Mark Bonello għamel talba għall-għajnuna quddiem il-ħajja saċerdotali.  Is-seminarista Gabriel Gauci wkoll għamel it-talba tiegħu misluta mill-esperjenza tal-ħajja u l-vokazzjoni tiegħu.

L-għada, 3 ta’ Ġunju, Solennità tat-Trinità Qaddisa, Mark Bonello u Daniel Grech irċivew  l-ordinazzjoni presbiterali tagħhom minn idejn Mons. Isqof Mario Grech fil-knisja katidrali ta’ Għawdex.

Ritratti

Share it on