News

Tmiem is-sena formattiva 2018-2019

It-Tnejn 17 u t-Tlieta 18 ta’ Ġunju immarkaw l-aħħar jumejn ta’ formazzjoni fis-Seminarju għal din is-sena. Il-komunita kollha nġabret wara tmiem il-ġimgħa għall-aħħar laqgħat qabel nagħtu bidu għaż-żmien tas-sajf.

It-Tnejn is-superjuri u s-seminaristi nġabru f’Dar Ġużeppa Dedono f’Għajnsielem għar-Revision de Vie, fejn huma rriflettew dwar l-esperjenzi u l-frott tal-formazzjoni matul is-sena. Din il-laqgħa ntemmet bit-talba tal-għasar u l-adorazzjoni ewkaristika. Wara l-komunita nġabret flimkien mas-sorijiet Franġiskani fil-bajja ta’ Ħondoq fejn tlabna r-rużarju u wara għamilna barbikju.

It-Tlieta l-komunita kellha l-aħħar laqgħat u saret l-Evalwazzjoni tas-Sena. Wara, l-E.T. Mons Isqof Mario Grech mexxa quddiesa ad unur il-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesu, fil-preżenza tas-superjuri, is-seminaristi u l-familjari tagħhom. Wara kien hemm bibita.

Share it on