Nhar is-Sibt, 2 ta’ Frar, il-komunità tas-Seminarju temmet l-ewwel simestru tas-sena. L-aħħar jum ta’ ġimagħtejn ta’ eżamijiet kien ikkaratterizzat bi studju u talb. Il-komunità kellha ħin għall-mistrieħ u attivitajiet flimkien f’Malta qabel ma kompliet bl-attivitajiet normali tas-Seminarju u b’bidla fil-korsijiet tat-tieni semestru tas-sena.