News

Tmiem il-ġimgħa ta’ formazzjoni umana dwar il-paternità

Mill-4 sal-5 ta’ Mejju s-seminaristi kellhom jumejn ta’ formazzjoni umana dwar it-tema tal-paternità fir-residenza tas-sajf tas-sorijiet Franġiskani fil-Qbajjar. Tul dawn il-jumejn, Fr Joseph Farrugia u Fr Daniel Sultana mexxew xi sezzjonijiet dwar din it-tema importanti biex għenu lis-seminaristi jagħrfu l-importanza tal-figura paterna fil-ħajja Nisranija. Ħafna drabi din il-figura nipproġettawha fuq ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla. Il-qassis jeħtieġ li jkun ukoll missier tal-komunità li tkun fdata f’idejh. Għalhekk, wieħed jeħtieġ li jiġi mħarreġ f’paternità sensittiva u matura ħalli l-irwol tas-saċerdot jiġi mgħix bl-aħjar mod.

Share it on