Fil-bidu ta’ din is-sena r-Rettur Dun Daniel Xerri għarrafna li Sr Norah Momanyi, li kienet qed taqdi fis-Seminarju, flimkien ma’ Sr Ġużeppina għal dawn l-aħħar tliet snin, se tħalli l-komunità tagħna biex tmur taqdi f’kunvent ieħor ġewwa Malta. Flok Sr Norah ingħaqdet magħna Sr Maria Micallef. Fil-bidu ta’ din is-sena, bħala komunità tajna merħba lil Sr Maria.
Sr Maria twieldet nhar is-17 ta’ Frar, 1932 ġewwa r-Rabat Malta. Fis-7 ta’ Jannar 1957 ingħaqdet mal-Kongregazzjoni tas-sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù. Hija għaddiet ħafna mill-ħajja reliġjuża tagħha fil-missjoni. Infatti hi għaddiet 55 sena fil-Brażil f’ħidma mat-tfal.
Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Ottubru, Sr Norah ingħaqdet mal-komunità tas-Seminarju għall-ikel ta’ nofsinhar. B’dan il-mod il-komunità setgħet issellmilha u troddilha ħajr għas-servizz tagħha fi ħdan is-Seminarju.
Grazzi Sr Norah u merħba Sr Maria!