News

It-Tħabbira tal-Avvent u l-Preżentazzjoni tal-Ikona tas-Sena

img_1486Mument sabiħ fis-Seminarju kien fis-Sibt 26 ta’ Novembru.  Dakinhar saret it-tħabbira tal-Avvent Imqaddes u saret ukoll il-preżentazzjoni tal-ikona għal din is-sena ta’ formazzjoni. Waqt din iċ-ċelebrazzjoni, ir-Rettur, Dun Richard N. Farrugia qasam mal-komunità spjegazzjoni tas-silta mill-Ktieb tal-Apokalissi ta’ San Ġwann Appostlu (Apk 22:12-13.16-21). Ma naqasx ukoll il-kant Maranathà u innijiet oħra marbuta ma’ dan iż-żmien tal-Avvent.  Wara, ir-Rettur indika xi tibdiliet fil-programm tal-komunità, li kellhom jieħdu posthom tul l-Avvent, biex ifakkruna li dan hu żmien speċjali. L-ikona, miktuba apposta għal din is-sena minn Loreta Grech, ġiet ispirata mill-frażi: “Ħaffef, oħroġ fil-mogħdijiet u fl-għelieqi ħalli dari timtela”, meħuda mill-parabbola tal-ikla tat-tieġ (Lq 14, 16-24).

Ritratti

Share it on