News

Terġa’ tibda l-Lectio Divina

OpenBibleNhar it-Tnejn li għadda, 5 ta’ Ottubru, tajna bidu mill-ġdid għal-Lectio Divina.  Il-Lectio Divina hi laqgħa ta’ talb bl-Iskrittura Mqaddsa skont metodu antik.  Għal din is-sena b’differenza mis-snin l-imgħoddija l-Lectio se tibda ssir fuq il-Vanġelu tal-Ħadd li jkun imiss, u għal-Lectio huma mistiedna s-saċerdoti kollha tad-Djoċesi.  Ir-Rettur, Fr Tony Sciberras mssp, ippreżenta l-ewwel meditazzjoni għal din is-sena ta’ formazzjoni.  Matul din is-sena l-Lectio Divina se titmexxa minn saċerdoti differenti.  Nhar it-Tnejn li ġej, 12 ta’ Ottubru se jmexxiha l-Arċipriet Mons. Carmelo Refalo.

Share it on