Is-seminaristi temmew l-ewwel semestru għal din is-sena nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Jannar. Tmiem ta’ perjodu ta’ studju jġib miegħu l-eżamijiet. Dawn saru bejn l-Erbgħa 27 ta’ Jannar u s-Sibt 6 ta’ Frar. Fi tmiem l-eżamijiet il-komunità kellha jumejn ta’ mistrieħ f’Malta. B’dan il-mod kulħadd kien ippreparat biex jagħti bidu għat-tieni semestru ta’ studju, li beda nhar il-Ġimgħa 12 ta’ Frar.