News

Taħdita dwar ir-realtà politika fil-Gżejjer Maltin u l-irwol tal-Knisja

Nhar it-8 ta’ Mejju, il-komunità tas-Seminarju attendiet għal taħdita mill-Professur Joseph M. Pirotta dwar ir-realtà politika fil-Gżejjer Maltin u l-irwol tal-Knisja f’din id-dinamika.  It-taħdita kienet tinkludi ħarsa storika lejn is-sitwazzjoni politika u t-tendenzi, kemm qabel u kemm wara l-Indipendenza.

Attivitajiet bħal dawn huma organizzati mis-Seminarju sabiex l-istudenti jifhmu l-implikazzjonijiet u l-impatt li l-politika għandha fuq il-ħajja ta’ kuljum tal-Poplu Malti, ir-relazzjonni tiegħu mal-Knisja o l-effetti fuq il-ħajja pastorali li s-seminaristi jkunu se jesperjenzaw aktar ’il quddiem bħala saċerdoti.

Share it on