News

Sr Giuseppina – 30 sena servizz lis-Seminarju

IMG_2130Kien eżattament nhar it-18 ta’ Jannar 1987 li Sr Giuseppina spostat ruħha mill-Casa Madre, għas-Seminarju. Minn hemm hi bdiet isservi fil-kċina tas-seminarju billi flimkien ma’ erba’ sorijiet oħra kienet tipprpara l-ikel għas-seminaristi. Aktar ma għadda ż-żmien kienu diversi s-sorijiet li ċċaqilqu iżda hi baqgħet isservi fis-seminarju u dan dejjem għamlitu bi mħabba kbira. Illum tletin sena wara, Sr Giuseppina flimkien ma Sr Pier Antonia, għadha tħabbrek sabiex tara li s-seminaristi ma jkun jonqoshom xejn speċjalment dak li għandu x’jaqsam mal-ikel.

Għalhekk, nhar it-Tlieta 17 ta’ Jannar, fis-seminarju tagħna ċċelebrajna dan l-anniversarju permezz tal-Ewkaristija li mexxa r-rettur flimkien mal-formators u wara ċena tal-okkażjoni. Kien mument verament sabiħ. Minn qalbna nirringrazzjaw lil Sr Giuseppina u  nawgurawlha iktar ħidma fostna. Ad Multos Annos!

Ritratti

Share it on