News

Sports day għall-gruppi tal-abbatini u l-vokazzjonijiet

Sports Day 2014 (38)Bħas-snin l-imgħoddija, nhar l-Erbgħa 19 ta’ Marzu, festa ta’ San Ġuzepp, is-seminaristi ħadu ħsieb jorganizzaw sports day għall-abbatini u għall-istudenti tal-vokazzjonijiet tad-djoċesi.

Għadd ta’ tfal u adoloxxenti nġabru fis-Seminarju fid-9.00am.  L-attività bdiet permezz ta’ mument ta’ talb immexxi minn Fr Michael Curmi, Viċi Rettur tas-Seminarju u Direttur Djoċesan tal-Vokazzjonijiet.  Wara li l-parteċipanti ġew imqassma f’erba’ gruppi, ingħata bidu għal-logħob. Il-logħob kien jinkludi football, sackrace, obstacle rece u tug of war fost l-oħrajn. L-attivita’ intemmet fis-2.00pm.

Sports Day 2014 (39)Fi tmiem din il-ġurnata sabiħa tqassmet tifkira lil kull min attenda, magħmula mis-seminaristi stess.  L-abbatini kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mas-seminaristi f’ambjent differenti minn dak li soltu jiltaqgħu magħhom.  Kellhom ukoll il-possibbiltà li jiltaqgħu mal-abbatini ta’ parroċċi oħrajn u magħhom jaħdmu f’team-work għal għan wieħed.

Ritratti

Share it on