Għat-tieni sena konsekuttiva s-seminaristi ħadu ħsieb jorganizzaw sports day għall-abbatini u għall-istudenti tal-vokazzjonijiet tad-djoċesi. Din saret fil-festa ta’ San Ġużepp, it-Tlieta 19 ta’ Marzu.
Għadd ta’ tfal u adoloxxenti nġabru fis-Seminarju fid-9.00am. L-attività bdiet permezz ta’ mument ta’ talb immexxi minn Fr Joseph Curmi. Wara li l-parteċipanti ġew imqassma f’erba’ gruppi, ingħata bidu għal-logħob. F’12.00pm saret waqfa qasira u sar it-tqassim ta’ snack. Il-logħob spiċċa fis-2.00pm permezz tal-logħba tant mistennija: it-tug-of-war.
Fi tmiem din il-ġurnata sabiħa tqassmet tifkira lil kull min attenda, magħmula mis-seminaristi stess. L-abbatini kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mas-seminaristi f’ambjent differenti minn dak li soltu jiltaqgħu magħhom. Kellhom ukoll il-possibbiltà li jiltaqgħu mal-abbatini ta’ parroċċi oħrajn u magħhom jaħdmu f’team-work għal għan wieħed.