Għar-raba’ sena konsekuttiva s-seminaristi organizzaw Sports Day għall-abbatini u għall-gruppi tal-vokazzjonijiet. Din saret nhar San Ġużepp, il-Ħamis 19 ta’ Marzu 2015. Din is-sena wkoll grupp sabiħ ta’ tfal u studenti nġabar għal din l-attività. Fid-9.00am beda kollox permezz ta’ mument ta’ talb u wara beda l-logħob. Fil-11.00am sar break biex it-tfal kellhom ċans biex jieklu. Wara kompla l-logħob sas-2.00pm. Fi tmiem il-ġurnata l-parteċipanti kollha ngħataw it-tifkira għal din is-sena.