News

Is-seminarju ġie rregalat “Automated external Defibrilator”

Nhar l-Erbgħa 24 ta’ Ottubru 2018, saret laqgħa ta’ informazzjoni għall-komunità tas-Seminarju dwar l-użu tal-“Automated External Defibrillator” – AED. Dan l-apparat ġie rregalat lilna mis-CCU Foundation. Waqt din il-laqgħa, is-Sur George Bonello, li huwa Managing Director tal-kumpanija Sidroc Services, uriena kif wieħed jagħmel “cardiopulmonary resuscitation” b’mod manwali u anke bl-AED.

Nirringrazzjaw kemm lis-CCU Foundation ta’ dan ir-rigal li kapaċi jsalva l-ħajjiet f’każ ta’ emergenza, u anke lis-Sur Bonello tal-ħin u l-għarfien li qasam magħna.

Share it on