Bejn il-Ġimgħa 19 waranofsinhar u s-Sibt 20 ta’ Ottubru l-komunità tas-Seminarju niżlet Malta fid-dar Rivotorto – parti mill-kumpless taċ-ĊAK – għal seminar ta’ formazzjoni umana. Maria Vella, psikologa Għawdxija (minn Ta’ Sannat), li qed tkompli l-istudji tagħha u tipprattika l-professjoni tagħha ġewwa Londra, fl-Ingilterra, mexxiet dan is-seminar. Hi tat żewġ konferenzi. Fl-ewwel waħda tkellmet fuq l-emozzjonijiet u fit-tieni ppreżentat il-maħfra u l-proċess tal-mourning. Wara kull konferenza kien hemm ħin ta’ riflessjoni u anke mument ta’ sharing fejn kull seminarista seta’ jippreżenta l-ħsieb tiegħu fuq is-suġġetti diskussi.