News

Seminar dwar l-użu tal-Interactive White Boards

Tul il-waqfa tas-sajf li għadda ġew installati żewġ Interactive White Boards fis-Seminarju: wieħed fil-Conference Room u ieħor f’waħda mil-lecture rooms tal-Fakultà.  Dan sar bl-iskop li jiġi ffaċilitat it-tagħlim akkademiku fi ħdan l-istess Fakultà.  Is-seminar tmexxa minn Pamela Borg, tutor tal-Interactive White Boards.  Il-lecturers u s-seminaristi kienu mistiedna għalih.  Tul it-tliet sigħat tal-konferenza Pamela Borg ippruvat tagħti deskrizzjoni tal-faċilitajiet li jinkludu fihom dawn il-boards.  Dawk preżenti kellhom iċ-ċans li jagħmlu hands on experience tal-istess boards u kellhom iċ-ċans ukoll jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom dwar l-użu tal-boards.

Share it on