News

Quddiesa għall-Vokazzjonijiet

Mass for Vocations (5)Nhar it-Tlieta, 7 t’Ottubru, il-komunita’ tas-Seminarju kienet mistiedna mill-Komunita tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali fir-Rabat, sabiex tieħu sehem fil-Quddiesa fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Ġużepp ta’ Copertino. Wara t-talba tar-Rużarju li kienet animata mis-seminaristi, ir-Rettur flimkien mas-Superjuri tas-Seminarju ċċelebra l-Quddiesa fejn qasam ukoll riflessjoni fuq il-ħajja ta’ San Ġuzepp ta’ Copertino u kif dan il-qaddis jista’ jservi ta’ mudell għas-seminaristi fil-formazzjoni tagħhom kif ukoll għal dawk li qed jiddixxernu l-vokazzjoni tagħhom.

Fi tmiem il-quddiesa, il-Gwardjan, Patri Joe Scerri OFM Conv. ippreżenta lir-rettur relikwija ta’ San Ġużepp ta’ Kopertino sabiex tinżamm fis-seminarju kif ukoll inkwadru bix-xbieha tal-Qaddis li hemm meqjuma fil-Knisja tagħhom. Wara imbagħad ppreżenta lis-seminaristi ktieb dwar il-ħajja tal-Qaddis.

 

Ritratti

Share it on