Bħala parti mill-promozzjoni vokazzjonali, ta’ kull ġimgħa, fil-ġurnata tal-Ħamis, l-komunita’ tas-Seminarju ħadet l-inizjattiva li tinżel fil-ground tal-iskola tas-Seminarju Minuri waqt il-break ta’ nofsinhar fejn s-seminaristi jkollhom ċans li jiltaqgħu mal-istudenti, u waqt li jitkellmu magħhom ikollhom ċ-ċans li jsiru jafu aktar lil xulxin.
Dan il-kuntatt jgħin mhux ftit fil-binja tar-relazzjoijiet bejn is-seminaristi u l-istudenti b’mod partikulri ma’ dawk l-istudenti li magħhom is-seminarista imbagħad jiltaqa’ fil-laqgħat tal-pastorali li jsiru fil-weekends.
Minn żmien għall-żmien ma jonqosx ukoll li l-komunita’ tieħu sehem f’xi logħba futbol li tiġi organizzata bejn l-istudenti u s-seminaristi.