News

Preżentazzjoni tas-sit elettroniku l-ġdid tas-Seminarju

Nhar il-Ħamis 1 ta’ Novembru, fi tmiem il-konferenza ta’ Mons. Enrico dal Covolo, saret il-preżentazzjoni tas-sit elettroniku l-ġdid tas-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex.  Ir-Rettur, Fr Daniel Xerri, għamel kelmtejn tal-okkażjoni.  Hu spjega li, kif stqarr wieħed mill-Padres Sinodali, hemm bżonn li l-Knisja tersaq aktar qrib tad-dinja virtwali.  Il-fatt li llum hawn nies li qed jgħixu biss f’ħajja virtwali għandu jimmotivana għal dan il-pass.  Sit elettroniku hu mezz utli biex il-Knisja tkun tista’ tilħaq aktar lil dawn in-nies u, anke lil dawn, twasslilhom l-imħabba ta’ Alla.  Ir-Rettur spjega li dan hu l-iskop prinċipali għalfejn is-Seminarju ħass li għandu jinvesti f’dan il-mezz.  Is-Seminarista Joseph Hili, fi tmiem il-kelmtejn tar-Rettur, spjega t-taqsimiet kollha li fih is-sit elettroniku.  Dan għamlu bil-għajnuna ta’ preżentazzjoni viżwali fuq skrin.

 

 

Ritratti

 

Share it on