News

Nilqgħu lill-Propedewtiku fostna

IMG_4578Nhar it-Tnejn 12 ta’ Ottubru ngħaqad mal-komunità tas-Seminarju ż-żgħażugħ li se jibda l-esperjenza tas-Sena Propedewtika.  Joseph Bajada mill-parroċċa ta’ Marija Bambina, ix-Xagħra se jkun qed jagħmel l-esperjenza tal-Propedewtika fis-Seminarju. Hu għandu programm speċifiku għalih imqassam tul il-ġimgħa bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa.  Fin-nofstanhar ta’ filgħodu jmur fuq il-post tax-xogħol, li s-Seminarju assenjalu.  Waranofsinhar Joseph jingħaqad mal-bqija tal-komunità għall-attivitajiet li jsiru fis-Seminarju.  Tul din is-sena Joseph ser jagħmel ukoll xi korsijiet introduttorji għall-filosofija u għat-teoloġija.  Is-sena Propedewtika tkun għalih ukoll mument importanti ta’ riflessjoni u ta’ dixxerniment biex fi tmiemha jressaq t-talba biex jiġi aċċettat għall-ewwel sena tal-kors bħala seminarista.  Merħba fostna Joseph!

Share it on