News

Nilqgħu fostna lis-seminaristi Maltin

Il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu ftaħna l-bibien tagħna għas-seminaristi ta’ griża oħtna, Malta. Fis-7pm inġbarna fil-kappella għall-adorazzjoni. Wara mumenti ta’ silenzju, tlabna t-talba tal-għasar fit-7.40pm u għalaqna bil-barka sagramentali. Bqajna sejrin fir-refettorju għall-ikel. Waqt l-ikel is-seminaristi kellhom iċ-ċans jitkellmu flimkien. Dawn il-mumenti mhumiex ta’ sikwit, peress li kulħadd ikun impenjat bil-programm tiegħu. Madankollu kien jinħass sens sabiħ ta’ għaqda u fraternità. Temmejna dan il-mument billi ħadna ritratt kommemorattiv fit-taraġ tas-Seminarju, bl-istatwa tal-Qalb ta’ Ġesù, li għalih imsemmi s-Seminarju Għawdxi, jidher fl-isfond.

Share it on