Nhar il-Ġimgħa, 26 ta’ Mejju, id-djakni Michael Grima (San Lawrenz) u Carl Scerri (Victoria – Katidral) ġew ordnati saċerdoti minn idejn Mons. Isqof Mario Grech waqt quddiesa fil-Katidral ta’ Marija Assunta, il-Belt Victoria. Numru sabiħ ta’ saċerdoti, il-membri tal-komunità tas-Seminarju, membri mill-komunitajiet parrokkjali ta’ San Lawrenz u tal-Katidral, flimkien ma’ diversi persuni oħra akkumpanjaw lil dawn ħutna f’dan il-mument tant importanti f’ħajjithom. Bi tħejjija għal dawn il-mumenti qawwija l-Knisja ta’ Għawdex ġiet mistiedna biex il-Ħamis, 25 ta’ Mejju, tinġabar fis-Seminarju biex tingħaqad mal-ordinandi u titlob flimkien magħhom.