News

Merħba lill-Propedewtiċi

IMG_1379Nhar it-Tnejn 13 ta’ Ottubru ngħaqdu mal-komunità tas-Seminarju ż-żewġ żgħażagħ li se jibdew l-esperjenza tas-Sena Propedewtika. 

Matthew Bajada mill-parroċċa tal-Viżitazzjoni, l-Għarb u Gabriel Vella mill-parroċċa ta’ San Ġużepp u l-Immakulata Kunċizzjoni, il-Qala se jkunu qed jgħixu l-esperjenza tal-Propedewtika fis-Seminarju. Huma għandhom programm speċifiku għalihom imqassam tul il-ġimgħa bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa.  Fin-nofstanhar ta’ filgħodu huma jmorru fil-post tax-xogħol, li s-Seminarju assenja lil kull wieħed minnhom.  Jingħaqdu mal-bqija tal-komunità wara nofsinhar fejn jattendu għall-ħafna mill-attivitajiet li jsiru f’dawn il-ħinijiet.  Tul din is-sena huma jagħmlu wkoll xi korsijiet ta’ introduzzjoni għall-filosofija u t-teoloġija.  Din is-sena tkun għalihom ukoll mument importanti ta’ riflessjoni u dixxerniment biex fi tmiemha jressqu t-talba biex jiġu aċċettati għall-ewwel sena tal-kors bħala seminaristi.

Merħba Matthew u Gabriel!

Share it on