Wara li Sr Maria Micallef FCJ temmet il-ħidma tagħha fis-Seminarju u ħalliet il-komunità tagħna tul is-sena li għaddiet, il-komunità kollha kienet qed tistenna li titħabbar il-miġja ta’ soru oħra. Nhar l-Erbgħa 11 ta’ Novembru filgħaxija, b’sorpriża, ġejna nfurmati li ngħaqdet soru ġdida. Dlonk kulħadd mar isellmilha. Din hi Sr Pierantonia Muscat FCJ. Sr Pierantonia hija min-Nadur u issa se tkun qed taqdi fis-Seminarju flimkien ma Sr Giuseppina.
Merħba fostna Sr Pierantonia!