Tradizzjoni li daħlet sew fil-kalendaju tas-Seminarju hija l-lungo passeggio, li din is-sena ġiet organizzata nhar il-Ħamis, 9 ta’ Novembru. Is-seminaristi flimkien mal-formators telqu bil-mixi miċ-Ċirkewwa għaddew għal Marfa u mxew mal-kosta biex waslu fil-bajja tal-Għadira fejn imbagħad irritornaw lura lejn iċ-Ċirkewwa mit-triq prinċipali biex jaqbdu l-vapur.
Minbarra li din kienet l-ewwel darba li lungo passegio sar Malta l-mixja kienet ftit impenjattiva però fl-istess waqt kien mument fejn is-seminaristi setgħu jammiraw is-sbuħija tan-natura li għandna fil-gżejjer tagħna. Nistgħu ngħidu li t-temp kien favorevoli għax il-Ħamis ħareġ jum xemxi li għen sabiex il-mixja tkun waħda sabiħa.