News

Lungo Passeggio

img_1912Tradizzjoni antika fis-Seminarju hija l-lungo passeggio. Din is-sena sar it-Tlieta 13 ta’ Diċembru, Jum ir-Repubblika. Is-seminaristi flimkien mal-formators telqu bil-mixi mid-Dwejra u mxew mal-kosta lejn Marsalforn. Il-mixja kienet ftit impennjattiva iżda fl-istess waqt kien mument fejn is-seminaristi setgħu jammiraw is-sbuħija tan-natura li għandna Għawdex. Nistgħu ngħidu li t-temp kien favorevoli għax wara jiem ta’ maltemp, it-Tlieta ħareġ jum xemxi li għen sabiex il-mixja tkun waħda sabiħa.

Ritratti

Share it on