Attività komunitarja annwali hija l-lungo passeggio. Ta’ kull sena tiġi magħżula rotta partikolari li tammonta għal madwar 5 sigħat ta’ mixi. Din is-sena saret matul il-lejl. Għalhekk fil-lejl tal-1 ta’ Novembru s-seminaristi, flimkien mas-superjuri, telqu mis-Seminarju għall-ħabta tal-11pm. Huma rħewlha lejn Santa Luċija, wara għaddew minn ħdejn l-għajn ta’ Għar Ilma. Komplew mexjin minn qalb ir-raba’. Waslu fit-triq bejn ir-raħal ta’ San Lawrenz u r-raħal tal-Għarb. Wara komplew il-mixja tagħhom lejn il-kappella ta’ San Dimitri. Hemm iċċelebraw il-Quddiesa fis-solennità tal-mejtin kollha, fejn Dun Gabriel għamel ħsieb dwar il-purgatorju u dan x’għandu jfisser għan-Nisrani li jemmen fil-ħajja wara l-mewt. Wara għaddew mill-Għasri, imbagħad mxew tul Wied Sara. Għall-ħabta tal-4.15am waslu lura s-Seminarju.