Tradizzjoni oħra marbuta mal-festa ta’ San Martin hija l-Lungo Passeggio. Din is-sena sar il-Ħamis 15 ta’ Novembru. Is-seminaristi flimkien mal-formators niżlu d-Dwejra bil-karozzi u minn hemm telqu bil-mixi mal-kosta sa ma waslu fuq l-irdumijiet Ta’ Saguna, Ta’ Sannat. Il-mixja kienet ftit impennjattiva però fl-istess waqt kien mument fejn is-seminaristi setgħu jammiraw is-sbuħija tan-natura li għandna Għawdex. Eżatt fi tmiem il-passiġġata, għas-1.45pm, infetħu bwieb is-sema u wasal il-maltemp tant mistenni tal-Ħamis li għadda. Anke l-maltemp ta ċans lis-seminaristi jagħmlu l-passiġġata tagħhom…