News

Lejlet Lapsi – Notte Gozitana

Lejlet Lapsi - Notte Gozitana (14)Is-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù hu binja storika u qadima.  Dan ma jfissirx imma li din hi binja mejta.  Għal dawn l-aħħar mija sitta u erbgħin sena, sal-ġurnata tal-lum, din il-binja laqgħet fi ħdanha komunità ta’ żgħażagħ li fil-fjur ta’ ħajjithom jiddeċiedu li jieqfu biex jistħarrġu s-sejħa li l-Mulej ikun qed jagħmlilhom.

Din is-sena, is-seminaristi għarfu jieħdu l-okkażjoni ta’ Lejlet Lapsi – Notte Gozitana, li nżammet bejn il-Ġimgħa 10 u l-Ħadd 12 ta’ Mejju, biex jiftħu l-bibien tas-Seminarju u jilqgħu lil dawk kollha li xtaqu jsiru jafu aktar fuq il-ħajja ta’ din il-komunità.

Lejlet Lapsi - Notte Gozitana (5)

Is-Sibt filgħaxija ttella’ kunċert ta’ mużika sagra fil-kappella tas-Seminarju mis-Soprano Marouska Attard.  Wara s-seminaristi stiednu lil dawk preżenti u lil oħrajn li għoġobhom jgħaddu biex jitilgħu fil-kwartieri tagħhom.  Sadanittant ġie pproġettat filmat mill-ħajja tal-komunità tas-Seminarju meħud mis-seminaristi tas-sena 1970.  It-titwila fi żminijiet oħra hi dejjem xi ħaġa interessanti.  Dan jgħodd b’mod speċjali għal din l-okkażjoni.  Permezz tagħha wieħed seta’ jifhem kif kienet il-ħajja fil-komunità tas-Seminarju tas-saċerdoti li ġew iffurmati fi żminijiet differenti u li għal ħafna żmien (madwar tlieta u erbgħin sena) qdew u għadhom jaqdu minn qalbhom lill-Knisja ta’ Kristu.

 

 

Ritratti

 

Share it on