Bħala parti mill-formazzjoni tas-seminaristi, minn din is-sena is-seminarju ħa l-inizjattiva li jibda’ jorganizza laqgħat b’orjentament pastorali. Dawn il-laqgħat ser iservu biex is-seminaristi jsiru jafu aħjar bid-diversi grupp, għaqdiet u ħidmiet pastorali li għandna fid-Djoċesi tagħna waqt li jiffamiljarizzaw aktar ruħhom ma’ dawn l-għaqdiet u l-ħidma li qed iwettqu.
L-ewwel laqgħa bdiet nhar l-Erbgħa, 9 t’Ottubru fejn il-kelliem kien Dun Giovanni Curmi, Segretarju Pastorali Djoċesan. Waqt din il-laqgħa, Dun Giovanni qasam magħna l-ħidma li d-djoċesi qed twettaq b’rabta mal-viżta pastorali li l-isqof ser ikun qed iwettaq fid-Djoċesi ta’ Għawdex kif ukoll l-iskop u r-riżultati li bħala Knisja tixtieq li joħorġu minn din il-vista.
Huwa tkellem ukoll magħna dwar il-pjan pastorali li d-djoċesi ser tkun qed tniedi għas-sentejn li ġejjin bl-iskop li tgħin lill-insara imma wkoll lill-komunita’ Għawdxija tkompli tagħraf il-preżenza u l-imħabba ta’ Alla.