News

Laqgħa u Barbikju għall-Istudenti tal-Grupp Vokazzjonali tad-Djoċesi

Fi tmiem l-eżamijiet tal-MATSEC l-istudenti tal-Grupp Vokazzjonali tad-Djoċesi ġew mistiedna fis-Seminarju għal mument ta’ talb u għal barbikju flimkien mal-Komunità tas-Seminarju.  It-Tlieta 23 ta’ Mejju filgħaxija l-istudenti ngħaqdu mas-seminaristi fil-kappella tas-Seminarju fejn sar mument ta’ adorazzjoni animat mis-Seminaristi.

Fi tmiem l-adorazzjoni dawk kollha preżenti, flimkien mal-formators telgħu fuq il-bejt tas-Seminarju, fejn is-seminaristi ħadu ħsieb iħejju barbikju. Kien mument sabiħ ħafna!

Share it on