Fl-okkażjoni tal-Ġimgħa ta’ Talb għall-għaqda fost il-knejjes Insara, nhar l-Erbgħa 15 ta’ Jannar filgħaxija il-komunita’ tas-Seminarju ħadet sehem f’laqgħa ekumenika li ġiet organizzata fil-Knisja ta’ Santu Wistin, ir-Rabat. Din il-laqgħa tipi organizzata ta’ kull sena mill-membri tal-Leġjun ta’ Marija.
Il-laqgħa tmexxiet mill-E.T. Mons. Isqof Mario Grech u minn Rev. Neill Robb, rapreżentant tal-komunita’ Anglikana. Waqt il-laqgħa kien hemm mumenti ta’ talb, kif ukoll mesaġġi mir-rapreżentanti tal-Knejjes.
Wara, fil-kunvent tal-komunita’ Agostinjana kien hemm ftit refreshments tal-okkażjoni.