News

Laqgħa ta’ Talb – Dun Mikiel Attard

Prayer Meeting - Dun Mikiel Attard (19)Wara li fix-xahar t’Ottubru ingħata bidu għal disa’ Ħamisijiet ta’ talb għall-vokazzjonijiet li jiġu organizzati kull l-ewwel Ħamis tax-xahar; fejn matul dan il-jum fil-Kappella tas-Seminarju tiġi organizzata ġurnata adorazzjoni; mix-xahar ta’ Novembru, bdiet tiġi organizzata il-laqgħa ta’ talb Dun Mikiel Attard. Din il-laqgħa li fis-snin li għaddew kienet tiġi organizzata kull l-ewwel Ħamis tax-xahar, issa bdiet tiġi organizzata waqt l-adorazzjoni li s-Seminarju jkun qiegħed jorganizza b’talb għall-vokazzjonijiet – propjament mis-sebgħa sat-tmienja ta’ filgħaxija.

Nistgħu ngħidu li Dun Mikiel Attard għandu rabta speċjali mas-Seminarju tagħna. Biżżejjed ngħidu li għal 17-il sena sħaħ kien Direttur Spiritwali tas-Seminarju Maġġuri u ma nkunux qed niżbaljaw jekk ngħidu li numru mhux żgħir ta’ Saċerdoti li llum iwettqu l-ħidma tagħhom mhux biss f’Għawdex imma wkoll l-barra mill-gżira tagħna sabu f’Dun Mikiel sostenn fil-vokazzjoni tagħhom.

 

Ritratti

Share it on