Nhar l-Erbgħa 2 ta’ Marzu, Ms Susan Farrugia mexxiet laqgħa ta’ informazzjoni dwar il-mażunerija. Din il-laqgħa kienet miftuħa wkoll għas-saċerdoti u anke għal-lajċi. Waqt il-laqgħa Ms Farrugia ppreżentat l-istorja tal-mażunerija u tat xi informazzjoni bażika dwar din ir-realtà oskura li tinsab preżenti fis-soċjetà tagħna.