Nhar l-Erbgħa 17 ta’ Frar saret laqgħa ta’ formazzjoni għas-seminaristi mis-Sur Andrew Azzopardi, fis-Seminarju. Is-Sur Azzopardi huwa l-kap tal-Kummissjoni tal-Ħarsien tat-Tfal u l-Adulti Vulnerabbli, tal-Knisja f’Malta u f’Għawdex. Hu kellimna fuq il-policy il-ġdida dwar il-ħarsien tat-tfal li preżentament qed taħdem fuqha din il-kummissjoni tal-Knisja. Tul il-laqgħa hu tkellem fuq diversi aspetti marbuta mat-tipi differenti ta’ abbużili jistgħu jiġru fuq il-persuni vulnerabbli. Hu tenna li l-irwol tal-Knisja għandu jkun wieħed pożittiv, jiġifieri li tħares lil dawn il-persuni vulnerabbli, filwaqt li tkompli tiġġieled kontra kull xorta ta’ abbuż.