News

L-ikla ta’ San Martin

IMG_4009Nhar is-Sibt 11 ta’ Novembru l-Aħwa Ħbieb tas-Seminarju flimkien mas-Seminarju u voluntiera oħra organizzaw l-Ikla ta’ San Martin.  L-iskop ta’ din l-ikla hu dak ta’ fund raising. Din l-ikla għandha storja twila ħafna u dejjem ġiet marbuta mal-festa ta’ San Martin ta’ Tours li taħbat fil-11 ta’ Novembru.  Din is-sena wkoll kien hemm numru sabiħ ta’ nies li attendew u kellhom ix-xorti li tul l-ikla jiġu servuti mis-seminaristi.  Hi tradizzjoni antika li s-seminaristi, waqt din l-ikla jagħmluha ta’ waiters.

Share it on