Nhar is-Sibt 19 ta’ Novembru l-Aħwa Ħbieb tas-Seminarju flimkien mas-Seminarju u voluntiera oħra organizzaw l-Ikla ta’ San Martin b’fundraising għas-Seminarju. Din l-ikla għandha storja twila ħafna f’rabta mal-festa ta’ San Martin ta’ Tours li taħbat fil-11 ta’ Novembru. Hi tradizzjoni antika li s-seminaristi, waqt din l-ikla ikunu l-waiters. Din is-sena wkoll, kien hemm numru sabiħ ta’ nies li attendew. Fi tmiem l-ikla Mons. Isqof u Dun Richard N. Farrugia raddew ħajr lil kulħadd għall-preżenza tagħhom.